Camerata!

Camerata!

ISBN: 9993217697

ISBN 13: 9789993217695

Publication Date: October 29, 2021

Pages: 335

Format: Paperback

Author: Aleks Farrugia

4.53 of 19

Click the button below to register a free account and download the file


Download PDF

Download ePub

Dak li jiġri fid-dinja t’isfel huwa marbut mad-dinja ta’ fuq. Wara kollox Strada Stretta u Strada Rjali huma żewġ toroq paralleli f’belt waħda. M’hemmx tarf għal din ix-xibka ta’ korruzzjoni u tradimenti. Imma lilu, lilu l-ambizzjoni għamlithielu. Għamietu u ħalliethom iġibuh bħalhom, agħar minnhom. Riedu jeħdulu ruħu u tahielhom fuq platt tal-fidda.

Malta, 1936. Fil-pajjiż għaddej taqlib politiku kbir. Qed Jikber ukoll is-suspett li l-Italja ta’ Benito Mussolini qiegħda tħejji biex tinvadi l-Gżejjer Maltin.

L-Ispettur Salvu Camilleri jissejjaħ fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija fejn il-Kummissarju jafdalu f’idejh missjoni sigrieta li tista’ tkun ta’ importanza kbira.

Imma Salvu Camilleri għandu bosta dimonji li qed jissielet magħhom. Il-piż tal-imgħoddi ma jistax joftmu minn preżent li ma tantx jipprometti wisq. Sa mnalla hemm Sefora, anke jekk Sefora…

Similar Books